MEMBERS LOGIN
Site Search Advanced Search

DWAR L-ETF

ETF staff

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE). Aħna ngħinu lill-pajjiżi fil-viċinat tal-UE - il-pajjiżi sħab - biex jirriformaw is-sistemi tagħhom ta' edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ f'perspettiva ta' tul il-ħajja, u b'hekk joħorġu l-potenzjal sħiħ tan-nies tagħhom.

Aħna ffinanzjati mill-UE. Il-ħidma tagħna kollha hija mfassla biex timmassimizza l-investiment fl-edukazzjoni u fit-taħriġ fil-pajjiżi sħab, f'konformità mal-politiki tal-UE dwar relazzjonijiet esterni. Billi nappoġġaw l-iżvilupp tal-kapital uman, aħna nikkontribwixxu għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, u għall-istabbiltà fit-tul fil-pajjiżi tal-viċinat tal-UE.

Aħna nemmnu li approċċ olistiku lejn it-tagħlim - wieħed li jħaddan kull aspett tal-edukazzjoni u t-taħrig tul il-ħajja ta' individwu - huwa l-aħjar mod biex ngħinu lill-ekonomiji ta' tranżizzjoni u li qed jiżviluppaw iżidu l-prosperità tagħhom, joħolqu tkabbir sostenibbli u jħeġġu l-inklużjoni soċjali.

Il-valur miżjud tal-interventi tagħna joħroġ mill-fehim tagħna tal-ambjent ta' politika, in-netwerk ta' esperti tagħna, u r-rispons flessibbli u fil-pront tagħna għat-talbiet. Aħna organizzazjoni newtrali u mhux kummerċjali bi għarfien espert unika/uniku fl-iżvilupp tal-kapital uman u r-rabtiet tiegħu mal-impjiegi.

IL-KUNTEST

Aħna naħdmu ma' pajjiżi li jinsabu mdawrin mal-UE għat-titjib tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ tagħhom, għaliex it-tagħrif u l-ħiliet huma l-mezzi għal ħajja b'aktar ġid u aktar mimlija għal kulħadd.

Il-viżjoni tagħna hija li l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ isiru l-motivaturi għat-tagħlim tul il-ħajja u għall-iżvilupp sostenibbli, b'iffukar speċjali fuq il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali.

Fid-dinja tal-lum, l-edukazzjoni u t-taħriġ huma kruċjali biex jiġu indirizzati ħafna sfidi politiċi, soċjali u ekonomiċi. Dan jikkonċerna mhux biss lill-Istati Membri tal-UE, iżda wkoll lill-viċinat tal-UE. Aħna nikkondividu l-għan tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u tal-inklużjoni soċjali u bil-bini ta' sħubiji bejn l-UE u l-ġirien tagħha, nikkontribwixxu għall- avvanz ta' dawn l-għanijiet.

Naħdmu mal-pajjiżi biex nagħtu liċ-ċittadini tagħhom ħiliet utli għat-tkabbir, għall-impjieg u għaċ-ċittadinanza attiva, kif ukoll għarfien u opportunitajiet għat-tagħlim tul il-ħajja. Fil-qosor, aħna ngħinu lis-sħab tagħna biex jagħmlu l-akbar użu mill-ass l-aktar prezzjuż tagħhom: il-kapital uman.

X'NAGĦMLU AĦNA

Bit-twessigħ tal-aċċess għall- edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ, u t-titjib tal-kwalità tiegħu, aħna naħdmu biex:

  • Niffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni u n-negozju
  • Inżidu l-impjegabbiltà tal-individwi
  • Nippromwovu t-tagħlim intraprenditorjali
  • Intejbu l-governanza inklużiva fl-edukazzjoni u fit-taħrig
  • Niftħu possibbiltajiet għat-tagħlim tul il-ħajja
  • Nibnu sistemi u oqfsa ta' kwalifiki
  • Niżviluppaw l-iskejjel u lill-għalliema
  • Intaffu t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol.

Fuq livell usa', l-ETF tipprovdi informazzjoni u analiżi dwar l-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi sħab permezz tar-rieżamijiet tal-politika tal-Proċess ta' Turin. Dan huwa l-bażi tal-appoġġ tagħna lill-pajjiżi sħab kif ukoll għall-kontribut tagħna għat-tfassil u t-twassil tal-assistenza tal-UE.

L-ETF tappoġġa l-istituzzjonijiet fil-pajjiżi sħab biex jiġġestixxu l-iżvilupp tal-kapital uman huma stess. Aħna nħeġġu n-netwerking u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, esperjenza u prattika tajba - kemm bejn l-UE u l-pajjiżi sħab, kif ukoll fost il-pajjjiżi sħab.

FEJN NAĦDMU AĦNA

Fil-kuntest tal-politiki tal-UE dwar relazzjonijiet esterni, l-ETF taħdem mal-pajjiżi li jinsabu mdawrin mal-UE:

  • L-Ewropa tax-Xlokk: l-Albanija, il-Bożnija and Ħerzegovina, il-Kosovo , dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija.
  • Il-Mediterran t'Isfel u tal-Lvant: l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina , is-Sirja, u t-Tuneżija.
  • Sħubija tal-Lvant: l-Armenja, Ażerbajġan, il-Belarus, il-Georgja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna.
  • L-Asja Ċentrali: il-Każakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan.
  • Ir-Russja

 
IS-SĦAB TAGĦNA

Bħala ċentru ta' għarfien espert, aħna naħdmu mill-qrib ma' diversi istituzzjonijiet għall-promozzjoni u l-faċilitar tal-kooperazzjoni, tal-iżvilupp tal-għarfien u tal-iskambji ta' esperjenzi fl-edukazzjoni u t-taħriġ.  Dawn jinkludu:

  • Dawk li jfasslu l-politika, il-prattikanti, id-donaturi u s-sħab soċjali fl-UE, l-Istati Membri tagħha u l-pajjżi u t-territorji sħab,
  • Korpi Ewropej bħaċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), il-Fondazzjoni Ewropea għat- Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), organizzazzjonijiet ta' donaturi bilaterali tal-Istati Membri tal-UE, il-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB),
  • Organizzazzjonijiet internazzjonali, pereżempju l-Bank Dinji, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO).


L-IŻVILUPPPERMEZZ TAT-TAGĦLIM

L-UE qed tibni ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-ħiliet, b'hekk it-titjieb tal-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi qrib tal-UE huwa wkoll essenzjali. L-iżvilupp ta' sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ li jappoġġaw forzi tax-xogħol kompetittivi u b'ħiliet tajbin fil-pajjiżi sħab jgħin biex jiġi żgurat li l-innovazzjoni tinbidel fi tkabbir u twassal għal prosperità għal kulħadd.

 



Forgot your username or password?